Global G.A.P.
Din is-sena l-Patata Maltija reġgħet ġiet esportata lejn l-Olanda, il-Germanja, u pajjizi
ohra. Biex inkunu konformi mar-regoli stretti biex prodott frisk agrikolu jidħol fl-ixkafef
tas-Supermarkets fl-UE, il-Bdiewa u anke l-Aġenti / Packinghouses /
Producer Groups għaddew minn sensiela ta’ proċeduri biex jemigraw mis-sistema
tal-EUREPGAP għall-GlobalG.A.P.
Dawn ingħataw għajnuna biex jgħaddu minn perjodu ta’ aġġustament imsejjaħ animation u facilitation u wara tnedew sensiela ta’ tagħlim u taħriġ dwar il-CPCC (Control Points & Compliance Criteria), iċ-Checklists, l-istandards (b’enfasi fuq dawk li żdiedulhom il-piż jew huma ġodda).
Dan kollu qed isir biex nassiguraw lill-konsumaturi li l-bdiewa Maltin qed jibagħtu prodott ta’ kwalita’ u ta’ tjubija, u li qiegħed miexi mal-prattiċi tajba fl-agrikoltura fejn ħa ħsieb l-ambjent, ir-riżorsi, u qed jiżgura li juża mill-anqas kimici, pestiċidi, fertiliżżanti, biex dan il-partimonju jgawdih minn ġej warajna.
Jekk interessat f’din l-inizjattiva, idħol fit-taqsima tal-kuntatti u ibagħtilna ismek, numru tat-telefon fejn nistgħu nikkuntattjawk, u indirizz elettroniku.