advert

Korsijiet

Fid-dinja li qed ngħixu fiha llum, il-kompjuter qed jidħol fl-oqsma kollha ta’ ħajjitna. Għalhekk, qegħdin inħejju korsijiet immirati biex ngħallmu lil-bdiewa jużaw il-kompjuter biex jgħinhom fix-xogħol tagħhom. Il-korsijiet se jkunu imfassla wkoll għal dawk il-bdiewa li għandhom diffikulta’ biex jiktbu w jaqraw.

Id-dettalji jitħabbru aktar ’il quddiem.