advert

Assoċjazzjoni tal-Bdiewa

l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa (ATB) hija rreġistrata bħala NGO (non-Governmental Organisation) professjonali mad-Dipartiment ta’ l-Għaqdiet li jħaddmu u l-Unions. L-ATB tirrappreżenta l-interessi tal-bdiewa skond l-istatut li bih twaqqfet. Illum il-ġurnata saret aktar dinamika u qed taħdem fuq żewġ proġetti kbar; il-formazzjoni ta’ producer organisation (Pitkalija PO – in formation) u li tirreġistra bħala FAS (Farm Advisory Sevices) provider, dan minbarra li qed tippjana li torganizza diversi korsijiet, seminars, u konferenzi, għall-ġid tal-bdiewa kollha.