advert

Min aħna

L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa hija l-eqdem organiżżazzjoni rappreżentattiva fis-settur tal-biedja f’pajjiżna. Fil-fatt, twaqqfet fl-24 ta’ Ġunju 1921. L-ATB tirrapreżenta lill-maġġoranza tal-bdiewa full-time li jaħdmu l-uċuħ tar-raba’. Dan is-settur tal-biedja normalment nirreferu għalih bħala tal-ħxejjex u l-frott frisk, iżda jinkludi wkoll il-prodotti tradizzjonali (bħat-tadam, l-għeneb, u ż-żebbuġ għall-ipproċessar, fost oħrajn). Sa’ mill-bidu nett l-ATB kienet attiva ħafna u l-uffiċjali tagħha ġieli kienu wkoll esponenti reliġjuzi u anke politiċi. L-ATB welldet koperattivi u organiżżazzjonijiet oħrajn u xprunat ukoll inizjattivi imprenditatorjali li għal dak iż-żmien kienu jitqiesu bħala avvanzati.

Maż-żmien l-ATB bdiet titqies ir-ruħ soċjali tal-bdiewa u minflok baqet attiva fil-qasam ekonomiku jew li tixpruna inizjattivi ekonomiċi, żammet mar-rwol tradizzjonali tagħha li hu dik li tiffunzjona bħala union tal-bdiewa li tħares l-interessi tal-bdiewa fl-oqsma ekonomiċi, f’taħdidiet mal-gvern u l-awtoritajjiet, jew ma’ l-UE, u tidħol f’negozjati kollettivi bħala r-rappreżentanta tal-bdiewa li jħaddmu n-nies magħhom. L-ATB qed tgħin u tixpruna lill-bdiewa li jkabbru l-Patata għas-safar biex jilħqu livelli għojin biex jiġu ċċertifikati mill-GlobalG.A.P., u għaddejjin b’negozjati biex nimpurtaw taħt ir-regoli tal-Parallel Importation prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (bexx/kimiċi agrikoli) biex il-bdiewa jkollhom aċċess għal dawn l-għodda b’anqas spejjeż. L-interess li l-bdiewa qed juru fil-korsijiet li qed noffru jqawwulna qalbna biex inkomplu nissieltu biex il-bdiewa jonqsulhom l-ispejjes tal-produzzjoni, ngħinuhom biex jibbenefikaw minn fondi ta’ l-UE, nixprunaw titjib fil-faċilitajiet ġol-Pitkalija, u biex il-bidwi jibqa’ jgħażel hu lil min jafda bi ħwejjġu (biex ibiegħuhomlu).