advert

Merħba!

Dan hu s-sit elettroniku li ser iwassal il-vuċi tal-bdiewa. L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, A.T.B. Ltd., u l-FLC (iċ-Ċentru ta’ Tagħlim u Taħriġ tal-Bdiewa) ga’ urew interess f'din l-inizjattiva u qed jaħdmu biex itellgħu l-informazzjoni tagħhom b’mod professjonali. Il-quddiem ser ikollna rokna ta’ bejgħ dirett ukoll (on-line sales jew direct-selling). Dan is-sit ser ikun imzewwaq bl-istorja tal-biedja ta’ pajjizna, dettalji dwar it-trasformazzjoni tas-settur min suq protett u dipendenti fuq sistema ta’ levies, għal settur li bilmogħod qed jopera fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u li qed tħaddan l-għola standards. Fuq kollox qed naspiraw li nilħqu l-għola kwalita’ f’dak kollu li nipproduċu. Il-quddiem ser ikollna forum jew diskussjonijiet dwar materji tekniċi u anke pariri u informazzjoni dwar l-aspetti kolla tal-PAK (il-politika agrikola komuni ta’ l-UE).